by Angelo Xuereb
Fuq pjan pastorali bosta huma dawk l-ghaqdiet,
gruppi u movimenti li qeghdin jaghtu l-Bibbja lil-lajci. Izda forsi dawk li
f’pajjizna qeghdin jaqraw il-Bibbja ghadu grupp zghir.
Ghalhekk jinhass il-bzonn li
jkun hawn aktar edukazzjoni Biblika. Huwa inkorragjanti l-fatt li ghandna
traduzzjoni taghha bil-Malti flimkien ma’ hafna pubblikazzjonijiet li
jispjegawha. Izda fil-katekezi u l-pastorali xorta wahda jibqa’ l-bzonn li l-operatur
pastorali jinkoragixxi l-istudju u l-qari tal-Bibbja fil-perspettiva tal-fidi.
Infatti, jista’ jkun li jekk wiehed jinghata ghall-qari taghha minghajr fidi
se jaqa fl-zbalji dottrinali. Ghalhekk l-operaturi pastorali ghandhom ikollhom
idea cara x’jinvolvi fil-qari tal-Bibbja filwaqt li tinqara bi spirtu ta’
fidi.
Infatti, San Pawl jikteb lil
Timotju hekk dwar il-qari tal-Bibbja,“Imma int ibqa’ miexi f’dak li
tghallimt u emmint bis-shih, ghax taf minghand min tghallimtu, u ghax sa minn
zghoritek sirt midhla tal-Kotba Mqaddsa, li jistghu jaghtuk il-gherf li jwassal
ghas-salvazzjoni permezz tal-fidi fi Kristu Gesù. L-iskrittura kollha hija
mnebbha minn Alla, u tiswa biex wiehed jghallem, icanfar, iwiddeb u jrawwem
fis-sewwa, biex hekk il-bniedem ta’ Alla jkun perfett, mhejji ghal kull hidma
tajba” (V. Pasquetto, Sacra Scrittura f’Dizionario Enciclopedico di
Spiritualità a cura di Ermanno Ancilli, Roma 1995, p.2223).
Hekk, skond San Pawl, il-Bibbja
fiha dawk l-elementi kollha li jiswew ghall-hajja nisranija. Infatti San Girolmu
jghidilna li “l-Bibbja hija ittra minghand Alla l-Missier”. Però
jista’ jigri li, meta wiehed minghajr taghlim jibda jaqra t-Testment l-Qadim,
isib xi stejjer li ma tantx huma edifikanti u ghalhekk il-konsegwenza tkun jew
li ma jaghtix aktar kaz taghha jew jikkonkludi xi haga li ma tantx tkun taqbel
mar-religjon rivelata.
Ghalhekk l-operaturi pastorali
tajjeb li jghallmu li t-Testment il-Qadim inkiteb aktar minn elfejn sena ilu.
Hekk, b’mod naturali fih rakkonti, stejjer u ideat li ma jaqblux mal-kultura
moderna. Però, jekk nispjegaw li l-Bibbja, ghalkemm hija l-kelma t’Alla, hija
madankollu wkoll l-istorja ta’
Izrael. B’dan il-mod t-Testment l-Qadim fih xi stejjer jew li graw verament
jew li kienu parti mill-folkor ta’
dak iz-zmien.
B’hekk naraw aktar il-bzonn li meta wiehed jaccetta
l-Bibbja bil-fidi, ikun disponibbli wkoll li jaccetta t-tifsir li taghtiha l-Knisja.
“Il-fidi timplika li wiehed jkun disponibbli ghall-vuci tat-tradizzjoni u tad-direttivi
tal-Knisja, li irceviet il-mandat li thares u tinterpreta fedelment
ir-rivelazzjoni” (Heinrich-Denzinger, Enchiridion Symbolorum definitionum et
declarationum de rebus fidei et morum Nru. 1501).
Infatti
l-Koncilju ta’ Trentu ddikjara: “filwaqt li nimxu fuq missirijiet tal-vera
fidi, bl-istess tjieba u qima nilqghu u ninvveneraw il-kotba kollha
sew tat-Testment il-Qadim kif ukoll tal-Gdid Testment, li Alla huwa l-awtur
taghhom, u t-tradizzjonijiet, fuq il-fidi u l-kostumi, ghax inzommu li gew minn
fomm Kristu stess u mill-Ispirtu s-Santu, u li gew ikkonservati fil-Knisja
Kattolika tas-successjoni li ma qatghet qatt” (Timotju
3, 14-16 ).
B’dan il-mod il-Bibbja u t-Tradizzjoni tal-Knisja
huma fuq l-istess livell. Ghalhekk in-nisrani jkun jonqos jekk jaqra l-Bibbja
minghajr fidi. B’danakollu n-nisrani jista’ jsib xi passi minnha tqal biex
jifhimhom. Hekk l-operatur pastorali flimkien mal-Bibbja ghandu jindika t-tradizzjoni
tal-Knisja. Dan it-taghlim huwa espress b’mod mill-aktar car f’din is-sentenza,
“Jien ma kontx nemmen l-Evangelju kieku ma wasslitnix ghal dan l-awtorità
tal-Knisja Kattolika” (Santu Wistin, Contra Epistolam Manichaei: PL 42,
p.176).
Tkun ta’ profitt
ghall-operatur pastorali li minbarra l-istudju Storiku-Kritiku tal-Bibbja li
huwa necessarju u ta’ ghajnuna kbira, ikun midhla ta’ l-esegesi tas-Santi
Padri. Il-Katekizmu tal-Knisja Kattolika fil-paragrafi 116, 117, u 118 jaghmel
alluzzjoni ghal dan it-tifsir spiritwali li jista’ jkun ta’ fejda kbira
ghall-poplu nisrani. Infatti l-Katekizmu jispjega li l-Bibbja fiha zewg sensi
dak Letterali li jikkonsisti fl-istudju tal-kotba Imqaddsa bhala grajjiet li
sehhew fiz-zmien flimkien mal-kuntest taghhom u kull taghrif li jista’ johrog
permezz tal-metodu storiku-kritiku. Imbaghad hemm is-sens spiritwali li jinqasam
f’dak allegoriku, morali u anagogiku.
L-allegoriji
huma t-tixbihat li nsibuhom fit-Testment il-Qadim u li jsibu t-twettiq
taghhom fit-Testment il-Gdid. Hekk il-qsim tal-bahar l-ahmar mill-poplu Lhudi
huwa sinjal tar-rebha ta’ Kristu li ghamel fuq il-mewt u fuq d-dnub, u li
nsibu t-twettiq tieghu permezz tal-maghmudija. Is-sens morali huwa,
“il-grajjiet li ssemmi l-Iskrittura ghandhom iwassluna biex naghmlu ghemil li
jkun gust u sewwa. ‘Inkitbu bi twiddiba ghalina’” (Katekizmu tal-Knisja
Kattolika parag. 117).
Is-sens anagogiku huwa li certi
grajjiet u realtajiet jsibu l-milja taghhom fil-hajja ta’ dejjem. Hekk
il-Knisja fuq l-art hija sinjal ta’ Gerusalemm tas-Sema.
Minghajr ma mmaqdru l-istudju ta’
l-ilsna originali u tal-metodu storiku-kritiku li xejn ma jista’ jehdilhom
posthom, madankollu l-operatur pastorali jkun aktar effettiv jekk jaqra u jkun
midhla wkoll tal-kitbiet tas-Santi Padri kif wkoll l-esegesi Biblika medjevali.
Ezempju ta’ dan huma l-kitbiet ta’ Sant’Antnin ta’ Padova li fil-kitbiet
tieghu, jigifieri s-Sermones juza tajjeb t-tifsira spiritwali tal-Kotba
Mqaddsa.
L-operatur pastorali ghalhekk
ghandu juza stejjer mill-Bibbja biex jghallem kemm it-taghlim morali kif wkoll
spiritwali. Il-katekezi permezz ta’ l-istejjer hija effettiva ferm, peress
il-Bibbja huwa ktieb li mhux ser jghaddi zmienu. Ikun tajjeb jekk nghallmu l-poplu
li, ghalkemm il-Bibbja hija gabra ta’ kotba, madankollu l-awtur huwa wiehed,
jigifieri Alla, u c-centru taghha huwa Kristu. Infatti l-Antik Testment huwa t-thejjija
ghall-migja tal-Messija filwaqt li t-Testment l-Gdid huwa t-twettiq ta’ dak li
gie mhabbar.
B’dan il-mod l-operatur
pastorali jrid jghallem u jipprepara t-triq biex in-nisrani jibda jitlob permezz
tal-Bibbja. F’pajjizna l-Venerabbli Dun Gorg Preca vvinta talba li jisimha ‘Qaghda’. Din hija specje ta’ Lectio
Divina fuq l-Iskrittura. L-ewwel tinqara silta mill-Bibbja u spjega
hafifa. Imbaghad, min ikun imexxi jaqra t-taghlimiet, filwaqt li dawk prezenti
jsibu t-taghlima mit-test sagru. Wara dawk prezenti jaqsmu dak li
jkunu tghallmu mit-test sagru filwaqt li jinqraw ftit mistoqsijiet biex
jghinu lil dawk prezenti jifhmu b’mod spiritwali u morali t-test sagru.
Illum, wara l-Koncilju Vatikan
II, qieghda diehla d-drawwa tal-qari tat-test sagru b’mod spiritwali jigifieri
l-Lectio Divina. Il-principji ta’ din it-talba huma li fit-test sagru
jinsab taghlim profond morali u spirtwali, u li dan jista’ jbiddel il-hajja
tan-nisrani.
B’dan il-mod l-operatur pastorali jkun qieghed
jilhaq l-ghan tieghu meta jwassal lil dawk li jmexxi, jippriedka jew jghallem,
biex mhux biss jaqraw it-test sagru,
izda wkoll li jitolbu bih: “Il-qalb hija l-post fejn jigi ccelebrat il-misteru
tal-laqgha bejn il-kelma u dak li qieghed jilqaghha permezz tal-fidi. Il-kelma
ssir ghammiela fil-qalb, il-post misterjuz, imma realissimu...Ghal dawn
il-motivi min jipprattika l-Lectio Divina jrid jghix b’disponibbiltà
mentali u anki fizika, li jhallu l-kelma tistabbilixxi fil-post proprju taghha”
(Mario Masini, La Lectio Divina, Milano 1996, p.79).
Hekk, aktar ma nistudjaw l-Iskrittura
Mqaddsa fil-fond, b’mod xjentifiku u nimmeditawha, b’dan il-mod nistghu
nhajru lill-poplu jsir aktar midhla taghha.
Bibliografija
Id-Dokumenti
tal-Koncilju Vatikan II Ed.Studia, Malta 1982
Sant’Antionio
di Padova, i Sermoni, traduzione di p. Giordano Tollardo, OFM Conv. Padova 1994.
Karl
Rahner and Herbert Vorgrimler, The Concise Theological Dictionary, Great Britian
1965.
Henri
De Lubac, Theology in History, San Francisco 1996.
Henri
De Lubac, Medieval Exegesis, Vol.1 The Four senses of scripture, Michigan 1998.
Boniface Ramsey, Beginning to Read the Fathers, New York 1995.