by
Angelo Xuereb
Id-dommatika nisranija harget mill-fidi
ta’ l-insara. Wara giet ifformulata b’mod preciz mill-Koncilji, il-Magisteru
tal-Knisja kif ukoll mit-teologi.
Però
jista’ jigri li d-dommi tal-Knisja tant ikkumplikaw ruhhom li l-poplu komuni
jbati biex jifhimhom. Izda jekk immorru lejn l-gheruq ta’ l-Istorja tal-Knisja
naraw li qabel il-maghmudija kien jintuza s-Simbolu jew il-Kredu. Dawn l-istqarrijiet
ma kinux jigu bbazati fuq xi opinjoni ta’ teologu izda kienu jigbru l-fidi
tal-Knisja kollha. Ghalhekk il-Knisja tal-bidu “riedet ukoll tigbor fil-qosor
dak li hu essenzjali fil-fidi taghha, b’mod organiku u artikulat, l-aktar
ghall-kandidati tal-Maghmudija” (Katekizmu tal-Knisja Kattolika. Parag. 186).
Infatti
fid-dommatika nsibu diversi forom ta’ kif l-insara kienu jesprimu l-fidi
taghhom. Fosthom insibu s-Simbolu ta’ l-Appostli, is-Simbolu “Quicumque”
imsejjah Simbolu ta’ Sant’Atanasju, u stqarrijiet tal-fidi tal-Koncilji jew
Papiet bhalma huma l-fidi ta’ Damasu (fides Damasi) jew il-Kredu tal-Poplu ta’
Alla ta’ Pawlu VI (1968).
Is-Simbolu
ta’ l-Appostli huwa msejjah hekk ghax jesprimi l-fidi taghhom. Barra minn hekk
huwa s-Simbolu battezimali tal-Knisja ta’ Ruma. Importanti hafna fil-katekezi
huwa wkoll l-Kredu li nghidu fil-quddiesa ta’ nhar ta’ Hadd u l-festi
kmandati. Dan jissejjah is-Simbolu ta’ Nicea-Kostantinopli, “li hu spiss
aktar esplicitu u dettaljat” (Ibid.
Parag. 196).
B’dan
il-mod jidher car mill-Istorja tal-Knisja li l-katekumeni qabel ma kienu
jitghammdu kienu jinghataw is-Simbolu. Hekk il-Kredu kien “gabra ta’
katekezi pre-battesimali” (Pierre-Thomas Camelot f”Sacramentum Mundi, p.
40).
Illum,
ghalhekk, jinhass il-bzonn li l-adulti mhux biss ikunu jafuh bl-amment, ghalkemm
il-katekezi trid tibda minn hawn, izda li jkunu jafu x’inhuma jghidu u
x’implikazzjonijiet ghandu ghall-hajja ta’ kuljum.
Ikun
zball kbir jekk il-poplu jahseb li l-Kredu huwa xi haga li tghallem fit-tfulija
u li dan ma ghandu l-ebda konnessjoni mal-hajja ta’ kuljum. Ghalhekk l-operatur
pastorali ghandu jistimula lil dawk li ghandu fil-kura tieghu biex “kull
artiklu tal-fidi, jigi studjat u interjorizzat”
(Blàzquez, Ricardo. Il-Komunitajiet Neokatekumenali. Malta (1989). p.53).
Izda
jista’ jigri li l-operatur pastorali quddiem din l-isfida ma jkunx jaf x’se
jaqbad jaghmel ghax jahseb li huwa difficli li jfiehem lill-poplu l-artikli
tal-fidi. Però ma ghandux jaqta’ qalbu. Irid jiftakar li fil-Knisja tal-bidu,
il-Kredu kien jigi mghallem, imfisser u interjorrizzat mill-Katekemeni.
Forsi
l-ahjar Simbolu ghall-pastorali u katekezi huwa l-Kredu ta’ l-Appostli. Huwa
car jitkellem b’mod semplici filwaqt li ghandu stil car u ghalhekk wiehed ma
jsibux difficli li jitghallmu anki bl-amment. Izda jkun zball ta’ tattika jekk
nippruvaw nghallmu l-Kredu qisu xi tnax-il parti li jfakkarna fl-Appostli, izda
li l-artikli ma ghandhom l-ebda relazzjoni ma’ xulxin.
Infatti
s-Simbolu jista’ jigi simplifikat li jkun jixbah lill-keryma (it-thabbira)
tal-Knisja tal-bidu. Hekk fil-Kredu nistqarru l-fidi taghna f’Alla wiehed fi
tliet persuni li huma l-Missier, Iben u l-Ispirtu s-Santu. Il-Kredu jaghmel
enfasi li Sidna Gesù Kristu gie imnissel fil-guf ta’ Marija permezz tal-hidma
ta’ l-Ispirtu s-Santu. Huwa bata l-passjoni taht Ponzju Pilatu, miet u difnuh.
Izda fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet u tala’ fis-smewwiet fejn qieghed
n-naha tal-lemin tal-Missier. Il-Kredu jhares wkoll lejn il-hajja prezenti:
qeghdin nghixu fil-Knisja, hemm ix-Xirka tal-Qaddisin, meta nidinbu hemm
il-mahfra. Insibu wkoll l-affermazzjoni ta’ tama fil-qawmien mill-mewt, li
Kristu ghandu jigi biex jaghmel haqq ghall-hajjin u l-mejtin filwaqt li hemm
il-hajja ta’ dejjem.
Huwa
veru li dan il-Kredu huwa semplici hafna izda ghandu l-fundament tal-fidi
nisranija kollha kemm hija. Ghalhekk l-operaturi pastorali fil-katekezi taghhom
filwaqt li juzaw il-Kredu ta’ l-Appostli bhala l-bazi tal-katekizmu ghandhom
wkoll jaghmlu riferenza ghall-Kredu ta’ Nicea u Kostantinopli. B’dan il-mod
il-poplu jibda jifhem li l-Kredu li nghidu fil-Quddiesa huwa stqarrija ta’
fidi taghna l-insara. Barra minn hekk dan il-Kredu,
frott taz-zewg Koncilji tal-Knisja tal-bidu, jispjega aktar fid-dettall
il-Kredu ta’ l-Appostli.
Hekk
l-operatur pastorali ghandu jnissel fil-poplu dawn il-konvinzjonijiet li huma s-sinsla
tal-fidi nisranija ... Il-fidi f’Alla fi tliet persuni, fidi f’Sidna Gesù
Kristu li sar bniedem bhalna, tant li bata l-passjoni, miet verament, izda qam
fit-tielet jum filwaqt li nemmnu fil-Knisja u l-hajja ta’ dejjem.
Forsi
jidhru punti semplici izda jidher hawn Malta, jekk nisimghu dak li jinghad
fil-medja, hawn konfuzjoni ta’ ideat fejn tidhol il-fidi nisranija.
Il-mentalità
moderna hija ffurmata fuq dak li qal il-filosofu Descartes Cogito, Ergo Sum li
jfisser ‘Jien nahseb ghalhekk nezisti’. Ghalhekk l-implikazzjonijiet ta’
din it-teorija hija li wiehed ma jarax ir-realtà oggettiva, izda dak li jahseb
huwa r-realtà. Mentalità bhal din taghmel bosta hsara ghax il-bniedem ma
jibqax dispost li jilqa’ dak li huwa oggettiv izda jaqa’ fis-suggettevizmu.
B’dan
il-mod l-edukazzjoni ghall-fidi nisranija permezz tal-Kredu tkun impuls ta’
edukazzjoni lejn il-valuri li huma oggettivi. Jekk il-bniedem modern li qieghed
jghix f’dinja materjalista, sekularizzata u post-moderna, jekk jilqa’ l-fidi
u l-morali kif tghallimhom l-Knisja minghajr ebda eccezzjoni jew riserva, ikun
ghamel pass ’il quddiem.
Santu
Wistin fil-Ktieb tieghu l-Istqarrijiet jirrakonta fuq il-konverzjoni
tal-filosofu pagan Vittorinu “Tul hafna snin ix-xwejjah Vittorinu kien iwewer
lil kulhadd bil-kliem qawwi li bih kien jiddefendihom, izda mbaghad ma stahax
isir tfajjel ta’ Kristu tieghek u
tarbija fil-ghajn ta’ ilma tieghek; medd ghonqu taht il-madmad ta’ l-umilta’
u baxxa rasu ghall-ghajb tas-salib” (Santu Wistin, L-Istqarrijiet 8,2).
Hekk
l-operaturi pastorali ghandhom jaghmlu enfasi fuq l-umiltà bhalha d-dispozizzjoni
li biha wiehed jilqa’ l-fidi. Flimkien ma’ l-umiltà hemm bzonn li l-operaturi
pastorali jedukaw lill-poplu kollu biex ma jisthix jistqarr il-fidi tieghu
quddiem kollha li jigi f’kuntatt maghhom. Infatti Santu Wistin jghidilna li
meta f’Ruma kienet issir l-istqarrija tal-fidi
din kienet tkun wahda pubblika “bi kliem li jkunu tghallmuh bl-amment”
(Ibid).
Dan l-istess Vittorinu li kien jaghallem ir-rettorika flok stqarr il-fidi tieghu
fil-privat kif issuggerewlu ‘’ghazel li jistqarr is-salvazzjoni quddiem
il-gemgha mqaddsa” (Ibid).
Però
l-istqarrija tal-fidi ghandha “tintema b’dan it-twemmin. Tissopponih,
tinegrah u twahhdu mal-karattru personali”
(De Lubac Henri, La Fè Cristiana, Madrid 1970, p.151)
“Il-fidi nisranija m’hix semplici tistrieh f’Alla jew att ta’ fiducja
fih minghajr ma’ wiehed jaccetta l-istorja tas-salvazzjoni mistqarra fil-Kredu”
(Blàsquez, Ricardo. Il-komunitajiet Neokatekumenali. Malta (1989) p.74).
Hekk
il-mira ta’ l-operaturi pastorali ghandha tkun li kull nisrani ‘jaghraf hu
nnifsu kif l-fidi tidhol f’hajtu” (Ibid.
p. 53).
Ta’
min jinnota li l-Kredu ma jsemmix l-Ewkaristija li hija l-punt ta’ riferiment
ghall-Knisja kollha. Però l-operaturi pastorali ghandhom wkoll ifissru s-sitwazzjoni
u z-zmien ta’ meta gew ifformulati s-Simboli. Fi zmien il- Knisja primittiva
l-Kredu kien maghmul bhala katekezi
ghall-katekumeni li mbaghad dawn kienu jigu mqarbna fil-maghmudija taghhom.
Barra
minn hekk l-operatur pastorali meta jinqeda bil-Kredu fil-pastorali u l-katekezi
tieghu jkun jeduka aktar biex wiehed jintegra ruhu fil-Knisja “Ix-xirka
fil-fidi tehtieg diskors komuni dwar il-fidi, diskors li jkun regola ghal
kulhadd u jghaqqad lil kulhadd fl-istess stqarrija tal-fidi” (Katekizmu
tal-Knisja Kattolika, Parag.185).
Hekk
bil-mod, meta juza l-Kredu, l-operatur pastorali jkun iressaq lill- poplu lejn
il-Knisja, lejn il-verità u lejn l-oggettività.
BIBLIOGRAFIJA
Forte
Bruno, Introduzzjoni Qasira Ghall-Fidi, Malta 1997.
Ratzinger
Joseph, Principles of Catholic Theology, San Francisco 1989.
Katekizmu
tal-Knisja Kattolika, Malta 1993.