Harsa Pastorali lejn il-Knisja

 by Angelo Xuereb

Il-Knisja hija l-poplu ta’ Alla imwaqqfa minn Sidna  Gesù Kristu li tigbor lill bnedmin kollha sabiex jiksbu is-salvazzjoni eterna.

 

Però jista jigri li fuq pjan pastorali ghal diversi ragunijiet flimkien man- nuqqas ta’ taghlim, il-poplu jkollu idea zbaljata, inezatta jew mhux cara. Ghalhekk fil-katekezi u l-pastorali taghna il-hidma taghna trid tigi immirata biex niffurmaw fina nfusna u fil-poplu idea kemm jista’ jkun teologikament korretta kif ukoll ghanja fil-hsieb.

 

L-ewwelnett irridu nispjegaw kif l-iskrittura tfisser lill-Knisja. Infatti t- Testment l-Antik juza l-kelma Ebrajka kahal li tfisser “gemgha migbura” (Komonchak Joseph-Collins Mary, The New Dictionary of Theology, Bangalore 1966, p.186). “Fis-sens baziku taghha qahal hija l-gemgha ta’ lsrael migbura minn Alla (e.g; Deut 5:19, 23:2-9, 1Kron 28,8, Num 16:3, 20:4, Mic 2:5)”(Ibid). Fit-Testment il-gdid beda jigi uzat t-termini ekklesia li tfisser l-istess bhal kahal  tat-Testment il-Qadim.

 

Ghalhekk ix-xjenza tal-fenomenologija tghinna wkoll nifhmu x’inhija l-Knisja. Hija tixbah lil kull socjetà tal-bnedmin. Kif f’kull socjetà hemm struttura u tmexxija, dawn jezistu wkoll fil-Knisja. Izda l-insistenza taghna trid tkun li l-Knisja, ghalkemm hija socjetà li tixbah lil gruppi tal-bnedmin madankollu hija gejja minghand Alla. F’dan il-kuntest irid ikun hemm  l-edukazzjoni biex in-nisrani jhobb minn qalbu lill-Knisja avolja jaf li xi drabi fl-istorja taghha xi uhud minn wliedha ma tawx xhieda hajja tal-Vangelu.

 

Il-Knisja ghandha l-origini taghha fit-Trinità. “lc-cavetta biex nifhmu l-Kostituzzjoni Konciljari. . . . . tinsab lejn il-harsa tal-Knisja b’mod Trinitarju, poplu migbur fil-ghaqda tal-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu. Il-Knisja, kif inhija prezentata fl-ewwel kapitlu tal-Lumen Gentium, tigi mit-Trinità, u hija strutturata fuq ix-xebh tat-Trinità. Hija gejja mill-gholi u fl-mixja lejn is-sema in kwantu hija ‘Regnum Dei praesens in mysterio’, il-Knisja hija fl-Istorja, izda ma hijiex biss frott ta’ l-istorja, ta’ dak li jidher” (Forte Bruno, La Chiesa della Trinità, Milano 1995, p.67).

  

Hekk fil-pastorali u l-kateketika ghandna nahdmu biex l-insara jhobbu aktar lill-Knisja. Hekk fil-moviment gdid tan-neokatekumenali wahda mill-istages hija li n-nisrani jiskopri l-Knisja. “Wahda mill-iskoperti l-aktar sorprendenti hi , li wara xi ftit taz-zmien fil-mixja, in-nisrani jibda jaghraf lilu nnifsu bhala “parti minn haga shiha”, bhala membru ta’ komunità . .. Ftit ftit il-Knisja tibda titwieled f’ruhu u b’hekk tikser l-individwalizmu religjuz tieghu. Hu jghaddi milli jqis il-Knisja bhala organizzazzjoni ghas-servizzi religjuzi  sabiex jghixha bhala komunità ta’ ahwa li minnhom ukoll ghandu jimpurtah.”(Blàzquez Ricardo, Il-komunitajiet Neokatekumenali, Malta 1989, p.29). Din l-intuwizzjoni spiritwali m’ghandhiex tkun ristretta ghall xi grupp jew moviment izda ghandha tkun l-intuwizjoni ta’ kull nisrani.

 

Meta n-nisrani jibda jhoss ruhu parti mill-Knisja huwa jibda jara l-istorja tal-Knisja fi prospettiva differenti “Jibda jhobb l-imghoddi  taghha, ihoss li qieghed fl-istess dghajsa taghha u jhossu responsabbli tal-gejjieni” (Ibid p.30).

 

Ghalhekk ghan-nisrani l-Knisja m’ghandhiex tibqa’ l-lokal tal-gebel biss izda komunità tal-poplu ta’ Alla. L-operaturi pastorali m’ghandhomx jaqtghu qalbhom biex innisslu fost il-poplu dan l-ispirtu. Irridu niftakru li l-ekklesjologija hadet spinta kbira wara il-Koncilju Vatikan II. Infatti sa ftit snin qabel il-Koncilju kien hemm l-idea li l-lajci ghandhom jitolbu, jaghtu karità lill foqra filwaqt li jobdu. Dan wassal ghall-idea, almenu fis-subkonxju li l-Knisja tikkonsisti biss fil-Papa, l-Isqfijiet, qassisin u religjuzi filwaqt li l-lajci baqghu passivi.

 

Il-Koncilju zviluppa l-idea li l-Knisja hija l-poplu t’Alla migbur madwar l-Ewkaristija f’isem it-Trinità. Kull nisrani jrid jasal biex jhobb l-Knisja u jibda jqisha bhala Ommu, “Meta n-nisrani li jaf x’qieghed jghid, jitkellem mill-Knisja bhala ommu, huwa ma huwiex qieghed icedi ghal xi impuls naturali; huwa qieghed jesprimi rejalta; ‘Il-maternità tal-Knisja’, kiteb Scheeben, mhux titlu vojt; u lanqas xebh dghajjef mal-maternità naturali. Ma jfissirx biss li l-Knisja tagixxi lejna infusna bhala omm tenera... Din il-maternità hija reali daqs il-presenza ta’ Gesù fl-Ewkaristija, jew reali daqs il-hajja soprannaturali f’ulied Alla” (De Lubac Henri, The Motherhood of the Church, San Francisco 1982, p.7).

  

Hekk lill-poplu ghandna nghallmuh li filwaqt li hemm differenza bejn is-sacerdozju ministerjali u dak tal-fidili, madankollu ahna qeghdin naghmlu parti minn Knisja wahda. Dan jesprimih tajjeb il-Koncilju Vatikan II meta jiddeskrivi l-Knisja bhala l-poplu t’Alla. B’idea ta’ poplu ma jfissirx li m’hemmx awtorità izda jfisser li kulhadd jaghmel parti. L-idea ta’ poplu taghllimna li l-Knisja hija suggetta ghall- imperfezzjonijiet tal-bnedmin. “Jekk il-Knisja hija poplu f’mixja lejn l-art tas-sema, fejn tikseb il-perfezzjoni, wiehed ghalhekk jista’ jikkonkludi li l-Knisja hija suggetta ghal-ligijiet ta’ l-imperfezzjonijiet u tat-temporanju; anki hija suggetta ghall-korrezzjonijiet u ghar-revizjoniiiet, minghajr ma tqajjem skandlu jew allarm” (Dalla Teologia del “Corpo Mistico” all”ecclesiologia del “ Popolo di Dio,  La Civilta Cattolica (2 Febbraio 1985) p. 212).

 

Fil-pastorali u l-katekezi wiehed lanqas ghandu jinsa milli jenfasizza l-erba’ noti karratteristici tal-Knisja li huma (i) wahda (ii) qaddisa (iii) kattolika (iv) apostolika.

 

1.     Wahda. . . minkejja li fost l-insara hawn il-firdiet izda Sidna {esù Kristu waqqaf Knisja wahda. Huwa d-dnub tal-bnedmin li fired l-insara f’hafna knejjes u komunitajiet li ma humiex maghqudin mal-Knisja ta’ Ruma. Anki hawnhekk ghandha ssir edukazzjoni fost l-poplu li m’ghandniex inharsu bl-ikrah lejn hutna mifrudin mill-Knisja izda nitheggu fi spirtu ta’ ekumenizmu kif kien tant mixtieq mill-Koncilju Vatikan II.

 

2.     Qaddisa . . . .Fil-katekezi wiehed ghandu jkun car xi tfisser il-qdusija tal-Knisja. Ma tfissirx li kull minn huwa membru tal-Knisja bilfors qieghed jaghti  ezempju tajjeb. Izda l-Knisja ghandha l-mezzi tal-qdusija li huma s-sagramenti li jqaddsu l-bniedem u jqarbuh lejn Alla. Il-qdusija tal-Knisja tidher minn kemm minn uliedha ghexu hajja qaddisa u ghamlu bosta gid lill-umanità.

  

3.     Kattolika. . . . Kattolika tfisser li ghandha l-potenzjal li tinxtered mad-dinja kollha. It-teologu Svizzeru Hans Urs Von Baltasar jiddeskrivi b’dan il-mod il-kattolicità tal-Knisja. “Catholica huwa infatti regjun fejn ic-centru jinsab kullimkien (fejn l-Ewkarestija hija iccelebrata) u (strutturalment) hija tista’ tkun tejoritikament kullimkien: geografikament, il-periferija taghha testendi ‘sa truf l-art kollha’ (Apokalissi), periferija li qatt ma tista’ tkun imbieghda mic-centru.”(Von Balthasar Hans Urs, Exploration in Theology IV: Spirit and Institution, San Francisco 1995, p.65).

 

4.     Apostolika. . . .Apostolika tfisser li gejja mill-Appostli, li ghaddew l-awtorità taghhom lill Isqfijiet. Li l-Knisja hija apostolika, jigifieri gejja mill-Appostli jfisser wkoll li l-Knisja gejja minghand Alla.

 

Ghalhekk fil-pastorali u l-kateketika bil-prudenza kollha ghandna nibnu ideja ta’ Knisja kif mixtieq mill-Koncilju Vatikan II ta’ poplu ta’Alla, izda li madankollu ghandu l-awtorità  tieghu  bhall f’kull socjetà ohra.

 

Bibliografija.

 

Jean-Herve, Nicholas, Dalla Trinità alla Trinita II. Città del Vaticano 1992.

De Lubac Henri, The Splendor of the Church, San Francisco 1999.Barbaglio, Giuseppe, Dianich , Severino, Nuovo Dizionario di Teologia. Torino (1988).

Kittel Gerhard- Friedrich Gerhard, Theological Dicitionary of the New Testament, Michigan 1985.