by
Angelo Xuereb
L-Ewkaristija
hija c-centru kemm ta’ l-ispiritwalità personali kif ukoll tal-Knisja kollha.
Ghalhekk, nistudjaw kemm nistudjaw fil-fond dan il-misteru qatt ma jkun
bizzejjed. Dejjem insibu l-gdid ghax dan is-sagrament huwa l-istess hajja ta’
Sidna Gesù Kristu.
Qabel
il-Koncilju, meta n-nisrani komuni kien jisma’ l-kelma Ewkaristija, mohhu kien
jassocjaha ma l-ostja fit-tabernaklu jew mat-tqarbin. Ghalkemm din l-idea hija
tajba, madankollu hija marbuta ma koncezzjoni wisq statika ta’ l-Ewkaristija.
Forsi din l-mentalità gejja
mit-tifisir strett li kien jigi moghti lill-kelma ‘transustanzazzjoni’.
Illum, ghad li sar hafna zvilupp, jista’ jkun li baqa’ residwi u tracci ta’
din l-mentalità, li ghalkemm hija tajba u tista tkun devota hafna, madankollu
hija nieqsa mill-izvilupp li sar mill-Koncilju Vatikan II sal-lum.
Nistghu
nghidu li l-Padri Konciljari kienu influwenzati mill-istudji Patristici, Biblici,
Liturgici u Ekumenici. Dan kollu
gab orjentament fil-Knisja li huwa ghani hafna fil-hsieb u li ma nistghux ma
naghtux kasu. Naturalment, il-Katekizmu tal-Knisja bena t-taghlim tieghu fuq dak
li qal l-Koncilju. Ghalhekk ma nistghux noffru katekezi Ewkaristika
soda u mgedda jekk ma naqbdux f’idejna
l-Bibbja u s-Santi Padri.
San
Pawl fl-ewwel ittra lill-Korintin jispjegalna l-implikazzjonijiet fraterni ta’
l-Ewkaristija. Huwa qieghed jitkellem f’sitwazzjoni partikulari u ghalhekk it-taghlim
tieghu huwa prattiku hafna. Is-sinjuri ta’ Korintu kienu jaghmlu ikla kbira u
sakemm jigu l-foqra ma kien jibqa’ xejn u kienu jiskuzaw lilhom infushom billi
jghidu li l-fqar kienu se jieklu mill-ikla tal-Mulej. Ghalhekk San Pawl ma
canfarhomx talli kienu jiccelebraw
hazin l-Ewkaristija, izda ghall-hajja taghhom li ma kenitx taqbel ma dak li
kienu qeghdin jiccelebraw. Ghal San Pawl l-Ewkaristija mhix celebrazzjoni biss u
mbaghad il-membri tal-komunità li jkunu hadu sehem fiha jaghmlu
bil-maqlub. Fil-komunità ta’ Korintu s-sinjuri kienu jiddiskriminaw il-foqra
fl-istess Ewkaristija “Ghax kull wiehed igib, jaqbad u jiekol l-ikel tieghu;
wiehed bil-guh u l-iehor fis-sakra” (1
Korintin 11,21).
Fil-Knisja
tal-bidu kien hemm atteggjament ta’ rispett, imma l-attenzjoni ma kenitx
iffokata fuq is-sagrament daqskemm fuq l-iskop tal-Ispeci Ewkaristici (Domenico
Sartore-Achille M. Triacca, Nuovo Dizionario di Liturgia, Torino (1988) p 472).
Id-Didache jara fil-hobz
simbolu ta’ unità ghax huwa
maghmul mis-sbul li jkun imxerred fuq il-gholjiet, imbaghad jintahan u jsir haga
wahda. San Gwann Krisostmu u Santu Wistin zvilluppaw l-idea ekklesjali ta’ dan
is-sagrament “Huwa l-misteru taghkom li tpogga fuq l-altar tal-Mulej. Huwa l-misteru
taghkom li intom qeghdin tircievu” Santu
Wistin, Serm. 272).
Il-Padri
tal-Knisja, ghalkemm rabtu bis-shih l-Ewkaristija mas-sagrificcju ta’ Kristu
fuq is-salib, dejjem zammew f’mohhom imma il-konsegwenzi socjali ta’ dan is-sagrament.
Dan ghamlu partikularment il-Krisostmu, “ l-altar huwa maghmul mill-gisem
stess ta’ Kristu, u dan il-gisem huwa ghalikom il-hagra tas-sagrificcju”
(San Gwann Grisostmu, In 2 Cor.hom.
20, 3). San Gustinu, li offrielna l-ewwel rakkont ta’ kif kienet issir l-Ewkaristija,
jghidilna li “kienu jinghataw l-ikel Ewkaristiku minghajr ma kienu jigu
minsija dawk li ma kinux prezenti” (San Gustinu, 1 Apologia, 65-67).
Ghal
dawn ir-ragunijiet d-duttrina Patristika hija ghanja hafna. Il-Padri kienu
jemmnu bis-shih li fis-sagrament ta’ l-altar hemm taht il-hobz u l-inbid Sidna
Gesù Kristu. Imma ma kenux jieqfu hawn biss izda kienu jaraw x’effetti
ghandha l-Ewkaristija partikularment mal-ghaqda tal-Knisja.
San
Tumas D’Aquino jispjega wkoll li l-Ewkaristija hija l-ghaqda tal-Knisja. Fis-Summa
Teologija huwa jistaqsi. Ghaliex Kristu ma ghazilx id-demm tal-annimali biex
ifakkruna aktar fil-passjoni tieghu? Huwa jwiegeb “Ghalkemm id-demm ta’ l-annimali
maqtula jirraprezenta l-passjoni aktar bil-qawwi, madankollu hija anqas
konvenjenti ghall-uzu komuni ta’ dan is-sagrament, u sabiex jispjega l-unità tal-Knisja”
(Summa Teologiae Part III, Q 74 1).
It-taghlim
tal-Bibbja u tas-Santi Padri ghandu jkun stimolu ghalina biex il-katekezi
nibnuha fuq bazi soda b’tali mod li tkun rilevanti ghall-bniedem modern.
L-Ewkaristija
u l-ghaqda tal-Parrocca
Illum qeghdin nghixu f’socjetà xjentifika, filwaqt li qeghda tinhakem
mis-sekularizzazzjoni. Ghalhekk il-punt ta’ riferiment tal-parrocca ghandha
tkun l-Ewkaristija. Huwa dan is-sagrament li jghaqqad lill-komunità flimkien
bhala xi haga wahda. Forsi ghad baqa’ l-idea fost il-poplu li l-quddiesa hija
s-sagrificcju ta’ Kristu mis-sacerdot biss. Tajjeb li nispjegawlhom li s-sacerdot
qieghed iqaddes mhux biss f’ismu
izda f’isem il-komunità, ukoll jekk ma jkunx hemm nies migbura. Il-quddiesa
barra li hija s-sagrificcju ta’ Kristu hija wkoll is-sagrificcju tal-Knisja.
Ser
insemmi xi punti ohra li tista tinbena fuq katekezi b’lingwagg lill-bniedem ta’
llum. L-ewwelnett Il-quddiesa hija impenn:
Irridu nghallmu lill-poplu li mhux bizzejjed li jattendi ghall-quddiesa li hija
indispensabbli, jekk dan is-sagrament ma jwassalx lill-individwu biex jghix
hajja aktar nisranija u li jkun sinjal ta’ ghaqda kull fejn ikun. X’jiswa
jekk wiehed jircievi dan is-sagrament jekk fil-komunità parrokkjali li jkun
qieghed jghix ma jkunx sinjal ta’ ghaqda? F’kelma ohra ma jkunx qieghed
jghix l-Ewkaristija fis-sens proprju taghha li waqqafha Sidna Gesù Kristu.
L-Ewkaristija
u x-xoghol:
L-offerti tal-quddiesa huma l-hobz u l-inbid. Ghall-mentalità tal-bniedem Lhudi
l-hobz u l-inbid kienu l-ikel u x-xorb
tieghu li tant kien ihobb. L-inbid kellu sinjifikat qawwi fil-mentalità tal-kultura
Lhudija u kien ifisser ferh. Infatti Sidna Gesu Kristu l-ewwel miraklu ghamlu
f’Kana tal-Galileja. Hekk il-hobz u l-inbid huma offerti ta’ socjetà
agrikola u primittiva. Illum qeghdin nghixu f’socjetà
industrijalizzata, post moderna, kompjuterizzata u teknologika jista
jigri li dawn l-offerti ma jinftehmux bizzejjed.
Ghalhekk
l-Ewkaristija tfisser impenn fix-xoghol ta’ kuljum li jrid isir aktar
b’imhabba lejn Sidna Gesù Kristu, sew jekk ikun ta’ natura pastorali,
intellettwali, kateketika kif wkoll xoghol manwali. Fid-dawl tal-Ewkaristija
kull xoghol jikseb id-dinjità tieghu biex jgib dinja ahjar u aktar gusta.
Infatti l-univers kosmiku minghajr ma jaf ghandu c-centru tieghu wkoll l-Ewkaristija.
Infatti hemm relazzjoni wkoll fil-qrib bejn l-Ewkaristija u d-dinja. Teilhard de
Chardin fil-vizjoni mistika tieghu
iddeskriva l-univers f’lingwagg
Ewkaristiku.( P.Teilhard de Chardin, La messe sur le monde f’Hymne de
‘univers, Parigi, Seuil 1961).
Hekk l-Ewkaristija hija l-gisem u d-demm ta’ Kristu filwaqt li hija impenn ghall hajja aktar nisranija, ghall-ghaqda, impenn favur il-foqra u ghal dinja ahjar filwaqt li hija l-istennija tat-tieni migja tal-Mulej.
Bibliografija
Karl
Rahner, Theological Investigations, Vol. VII: Further Theology of Spiritual
Life, New York 1871.
Dizionario
Patristico e di Antichità
Cristiane, III, diretto da
Angelo Di Berardino, Genova
1983.
Jean-Hervè
Nicholas, Dalla Trinità alla Trinità , II,
Città del Vaticano 1992.
Dizionario
Enciclopedico di Spiritualità, II , a cura di Ermanno Ancilli, Roma 1990.
Giuseppe
Barbaglio-Severino Dianich, Nuovo Dizionario di Teologia, Torino 1988.
Documento
Pastorale dell’Episcopato Italiano, Comunione e Comunità Roma 1984.