Harsa Pastorali lejn it-Trinità Qaddisa

by Angelo Xuereb

Il-fidi nisranija tghallimna li kollox gej mit-Trinità. Nitghallmu wkoll li kull ma hawn f’din id-dinja ghandu l-fini tieghu t-Trinità wkoll. Ghalhekk fil-kateketika u l-pastorali hija ta’ importanza kbira li naghtu taghlim rilevanti fuq dan is-suggett li jappella ghall-bniedem ta’ ll-lum.

  Jista’ jkun li f’mohh il-poplu t-taghlim fuq it-Trinità huwa bhal tabù. Tant hu tqil, u li tista’ titfixkel, li ahjar ma titkellimx fuqu. Fil-prattika n-nisrani, ghalkemm jistqarr il-fidi tieghu fit-Trinità qaddisa, ma tantx jemmen fiha fil-hajja prattika tieghu. Huwa innegabli  l-fatt li hafna nsara “ghalkemm jistqarru l-fidi fit-Trinità, huma ‘monoteisti’ fil-prattika tal-hajja religjuza taghhom . . . . . . . Jista’ wiehed ikollu l-biza’, li fil-katekizmu tal-mohh u tal-qalb (b’differenza mill-katekizmu stampat) il-fatt li huwa jemmen fl-inkarnazzjoni ma jbiddel l-ebda punt, qisha it-Trintà ma tezistix” (Karl Rahner, Il Dio Trino come fondamento originario e trascendente della storia della salvezza, f’Mysterium salutis 3, Brescia 1969, 404).

 
“Hija konvinzjoni tal-massa li il-misteru tat-Trinità hija teorema teologika minghajr l-ebda implikazzjoni” (Bruno Forte, Trinità come storia, Napoli 1993, 13).

 

Dawn l-idejat wasslu lill-filosofu Kant biex jistqarr “Mid-duttrina tat-Trinità ma nistghu niehdu xejn ghall-prattika, anki jekk nemmnu li nifhmuha, ghax hija tissupera kull hsieb taghna” (Immanuel Kant, Il conflitto delle facoltà, tr. A. Poggi, Genova 1953, 47). Dawn il-kummenti minn nies li hasbu fil-profond ghandhom jispirawna biex naghtu xejra aktar pastorali lit-taghlim fuq it-Trinità b’implikazzjoni morali, spiritwali kif wkoll socjali.

 

It-teologija skolastika tittratta t-Trinità mill-aspett metafiziku. Ghalhekk hija mimlija b’distinzjonijiet fini tar-raguni filwaqt li ma hemm ebda rabta mal-hajja ta’ kuljum. Principalment din it-teologija hija mibnija fuq ir-relazzjonijiet li ghandhom il-persuni ma’ xulxin. Ghalhekk, illum nistghu, niehdu l-essenzjal minn din it-teologija, ma naghmlux enfasi fuq l-irqaqat,  filwaqt li nadattawha ghall-bniedem modern.

 

Il-fenomenologija u l-personalizmu jistghu jghinuna hafna biex nipprezentw xbieha aktar pastorali tat-Trinità li tappella ghall-hajja ta’ kuljum. Però ta’ min issemmi li xbieha aktar pastorali tat-Trinità m’hijiex zgur se tholl il-misteru. Dan jibqa’ hemm. Infatti “id-domma tat-Trinità hija misteru assolut, li, anki wara r-rivelazzjoni tieghu, ma jistax jigi mifhum fil-qalba tieghu. Din it-tezi, hija konkluzjoni inekwivoka tat-taghlim tal-Koncilju Vatikan I” (Karl Raher, Linee Fondamentali della Dottrina del Magistero ecclesiastico sulla Trinità, Brescia 1980, 440).

 

Ghalhekk, filwaqt li nitkellmu b’umiltà kbira fuq dan is-suggett, ma nippretendux li ghandna nhollu dan il-misteru. Mill-banda l-ohra lanqas ghandna ninhakmu minn biza’ esgerat li se naqghu fl-erezija jekk nitkellmu fuq dan il-misteru. Ta’ min jghid li ‘misteru’ ma hijiex xi haga li ma nistghu nghidu xejn fuqha. Il-pretensjoni tal-bniedem hija meta jipprova jholl dan il-misteru qisu xi teorema tal-matematika. Santu Wistin fil-kitbiet tieghu jistqarr “Min se jifhem it-Trinità li tista’ kollox? Izda ma jitkellimx fuqha, jekk tassew fuqha jitkellem? Darba fill insibu ruh titkellem fuqha u taf fuqhiex qieghda titkellem” (Santu Wistin, L-Istqarrijiet, Kt. 13, 11).

 

Ghalhekk jekk minghajr ma nichdu l-metafizika, li hija r-regina tax-xjenzi kollha, l-istudju tal-fenomenologija u l-personalizmu jistghu jghinuna nitkellmu fuq it-Trinità. Il-fenomenologija hija l-istudju filosofiku li jitlaq mill-fenomeni. Ghalhekk, meta nigu biex insibu fenomenu li jaqbel mat-Trinità, naslu ghall-konkluzzjoni li s-socjetà tal-bniedmin tixbahha. Is-socjetà hija maghmula minn persuni li ghandhom rabta intima ma’ xulxin. Infatti, skond il-proverbju Ingliz “No man is an Island”. Ilkoll ghandna relazzjoni u kommunikazzjoni ma’ xulxin. Illum qeghdin nghixu f’fazi ta’ l-istorja ta’ l-umanità fejn id-dinja qeghda ssir “global village”. Il-kommunikazzjoni permezz tar-radjijiet, television, videos, kif wkoll permezz tal-internet qieghda ggib il-bnedmin aktar f’kuntatt ma xulxin. U proprju nistghu nfissru dak li l-iskolastici kienu jghidu “b’relazzjonijiet” permezz tal-kommunikazzjoni li l-bniedem qieghed ghaddej minnha illum.

 

Infatti jekk noqoghdu niflu t-teologija Skolastika naraw x’jghid San Tumas meta jigi biex jispjega li l-Iben huwa l-Kelma. Wara li spega li l-kelma komuni hija mezz biex tesprimi hsieb, jasal ghall-konkluzjoni “It-terminu Kelma, meta nuzawha ghal Alla, m’ghandhiex tittiehed essenzjalment, izda b’mod personali” (San Tumas d’Aquino, Summa Teologica, I, Q 34 2).

 

Ghalhekk, kif jispjega San Tumas d’Aquino, li l-Iben huwa kelma kommunikativa, irrevelalna l-misteru tat-Trinità. Din hija wkoll komunità ta’ persuni li jinhabbu b’mod perfett “Dawn il-kelmiet, frott il-fidi tal-Knisja tal-bidu, juru kif, ghan-nisrani, li temmen f’Alla ma jfissirx semplicement li tahseb li Alla jezisti, imma jfisser hafna izjed minn hekk. Ifisser li tistqarr b’xufftejk u b’qalbek li Alla hu Mhabba. U dan ifisser taghraf li Alla m’hux solitudni: ghax biex thobb ghall-inqas irid ikun hemm tnejn, f’relazzjoni hekk sabiha li wiehed ikun miftuh ghall-iehor. Alla Mhabba hu komunjoni ta’ Tlieta; Dak li jhobb, il-Mahbub u l-Imhabba milqugha u moghtija, il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu. Temmen f’Alla Mhabba jfisser temmen f’Alla li hu Wiehed fi Tlieta persuni, komunjoni daqshekk perfetta, li t-Tlieta huma tassew Wiehed fl-imhabba taghhom. Hija komunjoni minsuga f’relazzjonijiet daqstant reali li huma tassew Tlieta filli jaghtu u jircievu l-imhabba, f’li jiltaqghu u jinfethu ghall-imhabba” (Bruno Forte, Introduzzjoni Qasira ghall-fidi, Malta 1997, 11).

 

Ghalhekk, il-misteru tat-Trinità jixhet dawl fuq ir-relazzjoni ta’ bejnietna, li ghandhom jkunu mibnija fuq l-imhabba vera li persuna tinfetah ghall-persuni ohra. Dan l-orjentament jista’ jixhet dawl fuq kif ghandha tkun ir-relazzjoni bejn il-mizzewgin fil-familja. Barra minn hekk, l-imhabba Trinitarja hija ezempju ta’ kif ghandhom jkunu r-relazzjonijiet umani fil-Parrocca li trid tkun maghquda biex tirrifletti lil Alla Wiehed fi Tliet Persuni.

 

Ghalhekk, fil-katekezi u l-pastorali trid issir enfasi kemm hija sabiha l-kommunikazzjoni li, sahansitra f’Alla, hemm rabta ta’ imhabba. Qeghdin nghixu fi zmien meta d-dinja ghadejja minn fazi ta’ kommunikazzjoni qawwija. Ghalkemm dawn il-mezzi moderni ta’ komunikazzjoni jistghu jservu ghal xi uhud biex joqorbu lejn il-hazen, madankollu huma tajbin fihom infushom. Ghalhekk, l-enfasi ghandha tkun li nuzawhom tajjeb bhala taghlim, rilassament kif ukoll ghas-servizz tal-Vangelu biex inxerrdu l-messagg ta’ Sidna  Gesù Kristu.

 

Imbaghad, biex nghallmu taghlim fuq il-misteru tat-Trinità, nistghu nuzaw il-Bibbja li titkellem b’mod semplici. Il-Bibbja titkellem principalment fuq Sidna Gesù Kristu. Huwa c-centru ta’ l-istorja ta’ l-umanità. Huwa dahal fl-istorja taghna biex jifdina, jaghtina ezempju u jghallimna. U proprju Kristu ghallimna fuq it-Trinità. GHalhekk fil-kateketika u l-pastorali nistghu nuzaw l-istess kliem ta’ Kristu li tkellem fuq il-Missier u fuq l-Ispirtu s-Santu.

 

B’dan il-mod it-Trinità ma tibqax misteru ’l-boghod mill-hajja tan-nisrani. Anzi, bil-maqlub, in-nisrani jibda jara fit-Trinità l-ezempju u l-ideal ta’ kif ghandu jhobb lill-ohrajn, izomm il-ghaqda fil-familja u l-parrocca filwaqt li bil-mohh limitat tieghu ma jistax jifhmu. Ghalkemm jarah imcajpar, jemmen fih, madankollu jibqa’ misteru ghalih li jadura bil-qima u l-fidi.

 

Bibliografija

 

Jean-Hervè Nicholas, Dalla Trinità alla Trinità,  II, Città del Vaticano 1992.

Dizionario Enciclopedico di Spiritualità, a cura di Ermanno Ancilli, Roma 1990.

Giuseppe Barbaglio-Severino Dianich, Nuovo Dizionario di Teologia, Torino 1988.

Schmaus Michel, Dogma ( God and his Christ), London 1971.