by Angelo Xuereb
Fil-hajja
ta’ kuljum naraw ghadejja kommunikazzjoni tal-ghageb bejn il-bnedmin. Din
il-kommunikazzjoni issir b’diversi modi: permezz tal-kelma miktuba jew
mitkellma, jew b’metodi awdjovizivi bhal radju, television, video jew cinema.
“Fi hdan is-socjetà ta’ llum, il-mezzi
tal-kommunikazzjoni socjali ghandhom sehem mill-aqwa fix-xandir ta’ l-informazzjoni,
fil-promozzjoni tal-kultura u fil-formazzjoni. Din il-hidma tikber aktar ma
jimxi ’l quddiem il-progress tekniku, aktar ma jizdied u jkun varjat it-taghrif
li jigi trasmess, aktar ma tigi influwenzata l-fehma tan-nies u l-opinjoni
pubblika” (Katekizmu tal-Knisja Kattolika Nru.2493). Però ta’ sikwit dawn
il-mezzi jintuzaw hazin. Ghalhekk il-Koncilju Vatikan II jafferma b’mod car
“Il-Knisja Omm taf li dawn l-istrumenti, jekk jithaddmu tajjeb jistghu joffru
lill-bnedmin ghajnuniet ta’ siwi ghaliex jaghtu sehem kbir sabiex iserrhu u
jaghnu l-ispirtu, u biex jifirxu u jsahhu s-saltna ta’ Alla; taf ukoll li l-bnedmin
jistghu jhaddmuhom kontra l-pjan tal-hallieq u jdawruhom ghall-hsara taghhom
infushom; anzi l-qalb taghha ta’ Omm hi mnikkta htija tal-hsarat li garrbet
sikwit l-umanità bl-uzu hazin taghhom” (Inter Mirifica Nru.2).
Il-bniedem
juza l-lingwagg mhux biss permezz tal-mass media li llum tinkludi l-internet,
izda wkoll bil-kelma fil-familja, fil-postijiet tad-divertiment kif wkoll fuq
ix-xoghol. Nistghu nghidu li l-lingwagg huwa don moghti lill-bniedem minn Alla
bhala grazzja tal-holqien.
Ghalhekk jehtieg li napprezzaw iktar il-valur tal-lingwagg u tal-mass media billi naraw li f’Alla fih innifsu u barra minnu nnifsu tezisti kommunikazzjoni ta’ mhabba mill-aktar kbira. Il-misteru tat-Trinità huwa li f’Alla hemm tliet persuni maghzula u distinti minn xulxin. Alla il-Missier jaghraf sa mill-eternità lilu nnifsu u permezz ta’ l-intellett tieghu jiggenera lill-Iben. Ghalhekk l-Iben huwa msejjah il-Verb. Kif’kull sentenza hemm il-verb fiha u konsegwentament ifisser komunikazzjoni, hekk wkoll l-Iben huwa l-kommunikazzjoni tal-Missier. Ghalhekk “l-isem tal-Kelma (jew Verb) f’Alla, jekk mehuda fis-sens proprju taghha, hija isem personali, u bl-ebda mod ma hija isem essenzjali” (Summa Theologia Q. 34 1). Il-Missier u l-Iben jhobbu lil xulxin u minn din l-imhabba jipprocedi l-Ispirtu s-Santu. Ghalhekk, filwaqt li l-isem ta’ l-Iben huwa Verb jew Kelma hekk l-Imhabba “jekk jittiehed personalment huwa l-isem proprju tal-Ispirtu s-Santu” (Summa Theologia Q.37 1). Ghalhekk ir-relazzjonijiet Trinitarji juruna li hemm lingwagg ta’ mhabba. Dan ghandu jservina ta’ ideal nisrani ta’ kif ghandu jsir il-lingwagg kemm fil-kelma mithaddta kif wkoll fil-mass media. “Kull kommunikazzjoni trid tkun aperta ghall-kommunità, u l-partijiet kollha li se jikkommunikaw iridu jissottomettu ruhhom ghall-verità. Hemm responsabiltajiet kemm f’dawk li se jircievu l-kommunikazzjoni kif wkoll min se jittrassmettiha. Il-verità hija obbligazzjoni f’kull kommunikazzjoni. Meta ma hijiex trasmessa permezz ta’ l-imhabba hija hazina ghaliex iggib fil-periklu l-ghaqda” (Grizez Germain Gabriel. The Way of the Lord Jesus. Living a Christian Life. Vol 2, Illinois(1993) p.379). Hekk in-nisrani jara fit-Trinità l-oghla livell ta’ komunikazzjoni li huwa possibbli u ma jkunx jizbalja jekk jipprova jimitah. Infatti kull verità tal-fidi nisranija ma hijiex xi wahda astratta izda ghandha messagg spiritwali ghall bnedmin ta’ kull zmien. “Hekk fil-krejaturi kollha hemm misjuba t-tracci tat-Trinità” (Summa Theologia Q.45 7). L-argument ta’ San Tumas D’Aquino huwa car. Kif il-holqien gie ikkawzat mit-Trinità, hekk huwa jgorr fih l-effetti ta’ min halqu.
Kif fit-Trinità hemm l-oghla lingwagg ta’ imhabba u verità, fil-holqien insibu dan l-effett jew tracca. Però ta’ min jghid li biex ihallu l-frott l-mezzi tal-kommunikazzjoni socjali jridu jirrispettaw il-verità “Fid-digriet fuq l-istrumenti tal-kommunikazzjoni socjali Inter Mirifica, mahrug mill-Koncilju Vatikan II u fl-istruzzjoni pastorali Communio et progressio, ippubblikata mill-Kummissjoni Pontificja ghall-istrumenti tal-komunikazzjoni socjali (23.5.71), il-Knisja rat u rrikonnoxxiet il-vantaggi kbar u l-possibiltajiet ghall-progress ta’ l-umanità, li l-mass media iggib. Jekk il-mezzi moderni ta’ trasport gabu fix-xejn id-distanzi fizici tal-bnedmin, hekk il-mezzi moderni ta’ komunikazzjoni socjali jaghtuna l-possibilità li nersqu lejn xulxin spiritwalment. Dawn il-mezzi li bihom nimxu ’l-quddiem fit-triq tal-verità. Il-kommunikazzjonijiet li gejjin kontinwament mid-dinja kollha jippermettulna li naraw il-bzonnijiet ta’ l-ohrajn. Il-mass media ghandha l-qawwa li tibni f’kommunità. Hawnhekk il-bnedmin ghandhom l-okkazzjoni biex jkunu jafu lil xulxin u jistghu juru l-ideat proprji kif wkoll l-aspirazzjonijiet” (Günthör Anselm. Chiamata e Risposta, Cinisello Balsamo (1988) Vol.III p.245). Meta nkunu nitkellmu fuq l-lingwagg l-operaturi pastorali jridu jzommu f’mohhom li huma qeghdin jikkomunikaw kemm b’mod verbali kif wkoll non verbali. Però ta’ min izomm f’mohhu li, ghalkemm it-taghlim Dommatiku tal-Knisja ma huwiex ta’ natura relattiva, madankollu min ikun qieghed jittrassmetti l-messagg nisrani jrid joqghod attent ghall-udjenza li ghandu quddiemu kif wkoll taz-zmenijiet postmoderni li fihom qeghdin nghixu.
Meta
l-operatur pastorali ikun qieghed jinzel ghall-mentalità tas-semmiegha tieghu
filwaqt li jipprova jsib lingwagg li permezz tieghu l-messagg nisrani jsir aktar
effettiv, ikun qieghed jimxi fuq l-ezempju ta’ Kristu li sar bniedem bhalna
f’kollox barra d-dnub.
Infatti,
jekk inharsu lejn ir-relazzjonijiet Trinitarji insibu lingwagg ta’ Imhabba.
Hekk wkoll fl-inkarnazzjoni nsibu li Alla ikkommunika maghna permezz tal-Verb.
“Fil-bidu kien il-Verb, il-Verb kien ma’ Alla u l-Verb kien Alla. Hu kien
fil-bidu ma’ Alla.” (Gw. 1,1).
Hekk
l-inkarnazzjoni ta’ Kristu taghti sinjifikat qawwi lil-lingwagg “ Kristu huwa dak il-persuna li jikkommunika perfettament. Jirrealizza
fih l-kommunikazzjoni l-aktar gholja. Fl-inkarnazzjoni, meta assuma in-natura
taghna, iwettaq l-aktar ghaqda intima bejn Alla u l-umanità” (Rossi
Leandro,Valsecchi Ambrogio. Dizionario Enciclopedico di Teologia Morale, Roma
(1973) p. 123).
Il-Liturgija hija wkoll mezz ta’ kommunikazzjoni
bejn il-komunità li tinghaqad titlob kif wkoll ma’ Alla. Huwa Kristu li
jghaqqadna b’mod non verbali specjalment waqt l-Ewkaristija. “Fl-Ewkaristija
issir ghaqda ezistenzjali bejnu u bejn il-bnedmin u l-bnedmin li jircevuh mieghu
u bejniethom. Bhala Mulej huwa energija kontinwa u dejjiema bejn Alla u dawk li
jemmnu, u fil-kommunità ekklesjali,
jaghti l-hajja lil ghaqda ta’ dawk li jemmnu” (Ibid p.123).
Jekk
irridu li jkun hemm kommunikazzjoni fil-parrocci taghna, irridu nibnu l-ghaqda
taghna madwar l-Ewkaristija. Hija tghaqqaddna b’mod perfett ma’ xulxin kif
Kristu ghaqqad ’l Alla ma’ l-umanità
permezz tal-Inkarnazzjoni.
Rajna
li fit-Trinità hemm lingwagg ta’ imhabba. Ghalhekk meta l-kommunikazzjoni ma
ssirx bl-imhabba anki jekk tkun qieghda tghid il-verità ma tantx tista’
thalli frott. Dan ighodd ghall-dawk li jwasslu l-kelma t’Alla. Jekk l-operatur
pastorali ma jkunx qieghed ikellem l-udjenza tieghu bl-imhabba, ma jkunx qieghed
jikkommunika b’mod perfett. Ir-raguni hija li l-messagg nisrani ma huwiex qisu
xi kontenut xjentifiku jew matematiku izda li kapaci jinfed il-qalb
tas-semmiegha b’mod li jbiddlu hajjithom u jpoggu lil Kristu fic-centru ta’
qalbhom.
Barra
minn hekk il-mudell ta’ l-imhabba Trinitarja u l-Inkarnazzjoni jhegguna biex
inpoggu lil Kristu fil-qalb taghna sabiex anki nikkommunikaw il-messagg tieghu
b’mod non verbali.
Bibliografija.
Kittel
Gerhard, Griedrich Gerhard. Theological Dictionary of the New Testament.
Michigan (1985).
Barbaglio
Giuseppe, Dianich Severino. Nuovo Dizionario di Teologia. Torino (1988).
Jean-Herve,
Nicholas. Dalla Trinità alla Trinita II. Città del Vaticano (1992).
Leon-Dufour
Xavier. Dictionary of Biblical Theology, San Francisco 1988.